Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta' Ġunju 2011

AS vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-55/10) 1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Avviż ta' pożizzjoni vakanti - Ċaħda tal-kandidatura - Interess ġuridiku - Uffiċjal invalidu - Indiviżibbiltà tad-deċiżjoni ta' ċaħda tal-kandidatura u tad-deċiżjoni tal-ħatra - Nuqqas - Distinzjoni bejn uffiċjali fl-istess grupp ta' funzjoni u titulari tal-istess grad u f'karriera differenti - Korrispondenza bejn il-grad u l-impjieg)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AS (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li tieħu inkunsiderazzjoni l-kandidatura tar-rikorrenti għal pożizzjoni ta' assistent bibljotekarju u l-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallasha somma għall-kumpens għad-danni materjali u morali.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-30 ta' Settembru 2009 li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea ċaħdet il-kandidatura ta' AS hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil AS is-somma ta' EUR 3000.

Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u tliet kwarti tal-ispejjeż ta' AS.

AS għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 246, 11.09.2010, p. 43.