Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta' Mejju 2011 - AQ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-66/10)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta' evalwazzjoni 2009 - Grad tal-evalwatur inferjuri għal dak tat-titolari tal-post - Evalwazzjoni tal-effiċjenza fuq parti tal-perjodu ta' riferenza - Nuqqas ta' twaqqif ta' objettivi għat-titolari tal-post)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AQ (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Massaux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera li jirrigwarda l-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008 inkwantu kklassifikah fil-livell ta' prestazzjoni III u assenjalu żewġ punti ta' promozzjoni.

Dispożittiv

Ir-rapport tal-iżvilupp tal-karriera ta' AQ għall-proċedura ta' evalwazzjoni u tal-promozzjoni tal-2009 kif ukoll id-deċiżjoni li attribwit lil AQ żewġ punti ta' promozzjoni fl-istess proċedura huma annullati.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata li tħallas lil AQ is-somma ta' EUR 2 000.

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija tat-talbiet.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 288, 23.10.2010, p. 74.