Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidsrechtbank Antwerpen (il-Belġju) fit-28 April 2011- Anton Las v PSA Antwerp NV, li qabel kienet Hesse Noord Natie NV

(Kawża C-202/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidsrechtbank Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Anton Las

Konvenut: PSA Antwerp NV, li kienet Hesse Noord Natie NV

Domanda preliminari

Id-digriet Fjamming dwar l-użu tal-lingwi tad-19 ta' Lulju 1973 jikser l-Artikolu 39 KE dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea sa fejn jimponi fuq kull impriża li għandha s-sede tagħha stabbilita fir-reġjun ta' lingwa Fjamminga, taħt piena ta' nullità, li d-dokumenti kollha relatati mar-relazzjoni ta' xogħol meta timpjega ħaddiem għal xogħol ta' natura internazzjonali jinkitbu bl-Olandiż?

____________