Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta' Awwissu 2011 - ZZ vs Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

(Kawża F-80/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni dwar ix-xoljiment tal-kuntratt tar-rikorrenti għal raġunijiet dixxipplinari u l-ħlas ta' somma ta' flus bħala kumpens għad-danni materjali u morali allegatament subiti.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità mogħtija s-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti tal-11 ta' Otturbu 2010 li xxolji b'mod antiċipat il-kuntratt tar-rikorrenti, b'avviż ta' temm ta' impjieg ta' xahrejn, li kien jiskadi fil-11 ta' Diċembru 2010;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kif ukoll għall-ħlas ta' somma ta' EUR 300 000 bħala kumpens għad-danni materjali u morali subiti mir-rikorrenti.

____________