Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Lulju 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-67/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex il-konvenuta tiġi ordnata teżegwixxi s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tad-9 ta' Ġunju 2010, F-56/09, u talba għal kumpens għad-danni li r-rikorrent jiddikjara li sofra;

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta' ċaħda tat-talba tat-28 ta' Frar 2001;

tannulla, sa fejn meħtieġ, in-nota tal-24 ta' Ġunju 2011;

tikkonstata li l-Kummissjoni Ewropea astjeniet ruħha illegalment milli tadotta l-miżuri ta' eżekuzzjoni previsti fil-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta' Ġunju 2010, F-56/09, b'mod partikolari fir-rigward tal-qerda tar-ritratti msemmija f'dan il-punt tad-dispożittiv u tal-komunikazzjoni lir-rikorrenti tal-informazzjoni fuq il-qrid;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 2 831 bħala kumpens għad-dannu kkawżat lil dan tal-aħħar, sad-data tal-llum inkluża, minħabba n-nuqqas ta' adozzjoni ta' kwalunkwe miżura ta' eżekuzzjoni tas-sentenza tad-9 ta' Ġunju 2010, flimkien mal-interessi fuq l-imsemmija somma bir-rata ta' 10 % fis-sena b'kapitalizzazzjoni annwali, b'effett minn għada u sa meta l-imsemmija somma ta' EUR 2 831 titħallas lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 12 kuljum għal kull ġurnata addizzjonali ta' nuqqas ta' adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, sa minn għada u sal-180 jum ta' wara l-4 ta' Marzu 2011, ta' kwalunkwe miżura ta' eżekuzzjoni tas-sentenza tad-9 ta' Ġunju 2010, flimkien mal-interessi fuq l-imsemmija somma ta' EUR 12 kuljum bir-rata ta' 10 % fis-sena u b'kapitalizzazzjoni annwali, b'effett mill-181 jum ta' wara l-4 ta' Marzu 2011 u sa meta l-imsemmija somma ta' EUR 12 kuljum titħallas lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 15 kuljum għal kull ġurnata addizzjonali ta' nuqqas ta' adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, sa mill-181 jum ta' wara l-4 ta' Marzu 2011 u sal-270 jum ta' wara l-4 ta' Marzu 2011, ta' kwalunkwe miżura ta' eżekuzzjoni tas-sentenza tad-9 ta' Ġunju 2010, flimkien mal-interessi fuq l-imsemmija somma ta' EUR 15 kuljum bir-rata ta' 10 % fis-sena u b'kapitalizzazzjoni annwali, b'effett mill-271 jum ta' wara l-4 ta' Marzu 2011 u sa meta l-imsemmija somma ta' EUR 15 kuljum titħallas lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 18 kuljum għal kull ġurnata addizzjonali ta' nuqqas ta' adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, sa mill-271 jum ta' wara l-4 ta' Marzu 2011 u sat-360 jum ta' wara l-4 ta' Marzu 2011, ta' kwalunkwe miżura ta' eżekuzzjoni tas-sentenza tad-9 ta' Ġunju 2010, flimkien mal-interessi fuq l-imsemmija somma ta' EUR 18 kuljum bir-rata ta' 10 % fis-sena u b'kapitalizzazzjoni annwali, b'effett mit-360 jum ta' wara l-4 ta' Marzu 2011 u sa meta l-imsemmija somma ta' EUR 18 kuljum titħallas lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 25 kuljum għal kull ġurnata addizzjonali ta' nuqqas ta' adozzjoni min-naħa tal-KE, sa mit-361 jum ta' wara l-4 ta' Marzu 2011 u ad infinitum, ta' kwalunkwe miżura ta' eżekuzzjoni tas-sentenza tad-9 ta' Ġunju 2010, li għandha titħallas perjodikament lir-rikorrent fi tmiem kull perijodu ta' 360 jum u b'effett mit-361 jum ta' wara l-4 ta' Marzu 2001;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________