Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Awwissu 2011 - ZZ et vs Il-Parlament

(Kawża F-82/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Talba sabiex tiġi kkonstatata l-illegalità tal-elezzjonijiet tal-kumitat tal-persunal tal-Parlament u tal-astensjoni tal-Parlament Ewropew milli jintervjeni fir-rigward tal-illegalitajiet differenti li affettwaw il-proċess elettorali.

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata l-illegalità tal-elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal tal-Parlament Ewropew li seħħew mis-27 ta' Ottubru sal-24 ta' Novembru 2010;

tikkonstata l-illegalità tal-astensjoni tal-Parlament Ewropew milli jintervjeni fir-rigward tal-irregolaritajiet differenti li affettwaw il-proċess elettorali;

tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-20 ta' Mejju 2011 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament li tiċħad l-ilment tal-20 ta' Jannar 2011 tar-rikorrenti intiż għall-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal tad-19 ta' Novembru 2010 kif ukoll tar-riżultati ppublikati fit-23 u fl-24 ta' Novembru u fl-10 ta' Diċembru 2010 u tal-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet ġodda jew għall-inqas ta' tieni skrutinju;

tikkundanna lill-Parlament ibati l-ispejjeż.

____________