Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta' Awwissu 2011 - ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-77/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni adottata ineżekuzzjoni tas-sentenza F-53/08 u li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrenti għal promozzjoni fil-grad AST 7 abbażi tal-proċedura ta' promozzjoni 2007, kif ukoll talba intiża għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-1 ta' Ottubru 2010 tad-Direttur Ġenerali tad-DGA Persunal u Amministrazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, adottata ineżekuzjoni tas-sentenza tal-5 ta' Mejju 2010 fil-Kawża F-53/08 u li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrenti għal promozzjoni fil-grad AST 7 abbażi tal-proċedura ta' promozzjoni 2007;

jikkundanna lill-Kunsill jikkumpensa lir-rikorrent għad-danni morali u materjali subiti;

jikkundanna lill-Kunsill iħallas id-danni u l-interessi moratorji u kumpensatorji bir-rata ta' 6.75 % għad-danni morali u materjali subiti;

jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

____________