Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Awwissu 2011 - ZZ vs EASA

(Kawża F-81/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: B.-H. Vincent, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà fl-Avjazzjoni

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat, fl-interess tas-servizz, f'pożizzjoni mhux maniġerjali, wara rapport ta' evalwazzjoni mhux favorevoli, kif ukoll talba sabiex ir-rikorrent jitħallas somma għad-dannu allegatament sostnut.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv tas-17 ta' Diċembru 2010 li tirrigwarda l-assenjazzjoni tar-rikorrent, "fl-interess tas-servizz, f'pożizzjoni mhux maniġerjali", li ttieħdet wara rapport ta' evalwazzjoni tal-ġestjoni sfavorevoli;

jikkundanna lill-EASA sabiex tħallas lir-rikorrent somma stabbilita ex aequo et bono ta' EUR 350 000 bħala kumpens għad-dannu morali u professjonali tiegħu, b'żieda tal-interessi moratorji bir-rata legali sa mid-data li fiha din is-somma ssir dovuta;

tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà fl-Avjazzjoni għall-ispejjeż.

____________