Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwwel Awla) tas-26 ta' Settembru 2011 - Pino vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-31/06) 1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Artikolu 5(2) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kompetizzjoni interna għal trasferiment minn kategorija għal oħra ppubblikata qabel l-1 ta' Mejju 2004 - Kandidat imniżżel fuq il-lista ta' riżerva qabel l-1 ta' Mejju 2006 - Klassifikazzjoni fi grad - Applikazzjoni ta' fattur ta' multiplikazzjoni inqas minn 1 - Telf ta' punti ta' promozzjoni)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Marco Pino (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: irrapreżentat inizjalment minn M. Arpio Santacruz u M. Simm, sussegwentement minn M. Bauer, J. Monteiro u K Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jaħtru lir-rikorrenti, uffiċjali ta' kategorija B u li għaddew minn kompetizzjoni interna għal trasferiment minn kategorija għal oħra, għal impjiegi ta' amministrattur, sa fejn dawn jiffissaw l-klassifiki tar-rikorrenti skont l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li jżommu l-applikazzjoni ta' fattur ta' multiplikazzjoni għall-kalkolu tar-remunerazzjoni tagħhom u jneħħu l-punti ta' promozzjoni tagħhom.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 131, 03.06.06, p. 50.