Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-13 ta' Settembru 2011 - Behnke vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-68/10)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta' evalwazzjoni u ta' promozzjoni 2009 - Motivazzjoni tal-opinjoni tal-Kumitat konġunt ta' evalwazzjoni u ta' promozzjoni -Żball manifest ta' evalwazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Thorsten Behnke (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi kklassifikat fil-grupp ta' ħidma II u li jingħata 5 punti ta' promozzjoni għall-finijiet tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tiegħu għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2008.

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, kwart tal-ispejjeż ta' T. Behnke.

T. Behnke għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 288, 20.10.2010, p. 74.