Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-26 ta' Mejju 2011 - Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-40/10)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave annwali - Assenza wara li ntemm il-leave annwali u mingħajr awtorizzazzjoni minn quddiem - Telf tal-benefiċċju tar-remunerazzjoni - Artikolu 60 tar-Regolamenti tal-Persunal)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara qbiż mhux awtorizzat ta' ħamest ijiem u nofs mid-dritt għall-leave annwali tar-rikorrent għas-sena 2009.

Dispożittiv

Ir-rikors ta' G. Lebedef huwa miċħud.

G. Lebedef għandu jbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 209, 31.07.2010, p. 55.