Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' April 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-51/11)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: P. Giatagantzidis u K. Kyriazi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-EPSO li tinfetaħ mill-ġdid il-proċedura tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/77/06 u li tistieden lir-rikorrent sabiex jipparteċipa mill-ġdid fl-ewwel fażi ta' din il-kompetizzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-EPSO li tinfetaħ mill-ġdid il-proċedura ta' kompetizzjoni;

tannulla d-deċiżjoni tal-EPSO tal-11 ta' Marzu 2011;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________