Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Lulju 2011 - ZZ vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża F-71/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: J.-M. Bauler, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tar-rapport ta' evalwazzjoni tar-rikorrent li jirrigwarda l-perijodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2007, kif ukoll il-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta' somma bħala kumpens għad-danni morali

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-rapport ta' evalwazzjoni għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2007; sussidjarjament, tannulla n-nota tad-9 ta' Settembru 2009 stabbilita sussegwentement għall-annullament tar-rapport ta' evalwazzjoni preċedenti li jitratta l-istess perijodu;

tannulla d-deċiżjoni ta' ċaħda tal-ilment tal-14 ta' April 2011;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' somma ta' EUR 50 000 bħala kumpens għad-danni morali;

tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________