Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' April 2011 - ZZ vs Il-Kummisssjoni

(Kawża F-17/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Blot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummisssjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma ġġeddidx il-kuntratt ta' membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

prinċipalment, jannulla d-deċiżjoni ta' nuqqas ta' tiġdid tal-kuntratt tagħha ta' membru tal-persunal bil-kuntratt, kif tirriżulta impliċitament min-nota tat-28 ta' April 2010 u, sa fejn ikun neċessarju, id-deċiżjoni tal-ARKK li tiċħad l-ilment;

konsegwentement, jirreintegra lir-rikorrenti fil-funzjonijiet tagħha;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' somma ffissata provviżorjament għal EUR 27 000 bi ħlas għad-dannu materjali, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali sa mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' somma ffissata provviżorjament u ex aequo et bono għal EUR 15 000 (ħmistax-il elf euro), bi ħlas għad-dannu morali, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali sa mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;

jikkundanna lill-Kummisssjoni għall-ispejjeż.

____________