Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' April 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-27/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, M. Vandenbussche u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta li jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni għall-benefiċċji mediċi mitluba mir-rikorrent għal ibnu, għal martu u għalih innifsu.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati u, sa fejn hu meħtieġ, id-deċiżjoni tal-awtorità awtorizzata tikkonkludi kuntratti ta' reklutaġġ li tirrifjuta t-talba

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________