Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Ottubru 2011 - ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-101/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/188/10 - INTERPRETI għall-BULGARU (BG), tat-30 ta' Ġunju 2011, li r-rikorrent ma jitniżżilx fil-lista ta'riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni u talba għal kumpens għad-danni morali u materjali.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/188/10 - INTERPRETI għall-BULGARU (BG), tat-30 ta' Ġunju 2011, meħuda wara eżami mill-ġdid tal-eżamijiet tar-rikorrent, li tikkonferma r-riżultati tiegħu lil dan tal-aħħar u, konsegwentement, id-deċiżjoni li ma jitniżżilx fil-lista ta' riżerva;

jannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/188/10 - INTERPRETI għall-BULGARU (BG), tal-31 ta' Mejju 2011, li r-rikorrent jitniżżel fil-lista ta' riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni;

jannulla l-operat kollu mwettaq mill-Bord tal-Għażla sa mill-istadju fejn seħħew l-irregolaritajiet imsemmija;

jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas, bħala kumpens għad-danni morali u materjali u l-preġudizzju għall-karriera tar-rikorrent, ta' somma ta' EUR 15 000, suġġetta għal żieda jew tnaqqis matul il-proċeduri, flimkien mal-interessi bir-rata ta' 7 % fis-sena mid-data ta' dan ir-rikors;

jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

____________