Rikors ippreżentat fil-11 ta' Ottubru 2011 - ZZ vs BEI
(Kawża F-103/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: N. Thieltgen, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI li ma tittieħed ebda azzjoni wara proċedura ta' investigazzjoni dwar l-allegat fastidju psikoloġiku u tannulla l-konklużjoni finali tal-kumitat ta' investigazzjoni kif ukoll it-talba għal danni.
Talbiet tar-rikorrenti
jannulla l-konklużjoni finali tal-kumitat ta' investigazzjoni fl-opinjoni tiegħu tal-11 ta' Lulju 2011 sa fejn din tistabbilixxi nuqqas ta' fatti li jistgħu jiġu kklassifikati bħala fastidju fir-rigward tagħha;
jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-BEI tas-27 ta' Lulju 2011;
jikkonstata li hija kienet il-vittma ta' fatti li taw lok għal fastidju;
jordna lill-BEI jtemm dan il-fastidju;
jannulla d-deċiżjoni tal-President tal-BEI tal-1 ta' Settembru 2011;
jikkonstata l-eżistenza ta' żbalji amministrattivi imputabbli lill-BEI;
jistabbilixxi r-responsabbiltà tal-BEI fir-rigward tar-rikorrenti dwar l-illegalità tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI tas-27 ta' Lulju 2011, il-fatti ta' fastidju li tiegħu kienet vittma kif ukoll l-iżbalji amministrattivi imputabbli lill-BEI;
jikkundanna lill-BEI jikkumpensa d-danni fiżiċi, morali u materjali tar-rikorrenti kemm fil-passat kif ukoll fil-futur li jirriżultaw mill-illegalità tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI tas-27 ta' Lulju 2011, mill-fastidju psikoloġiju li kienet suġġetta għalih u mill-iżbalji amministrattivi imputabbli lill-BEI, fejn il-kumpens għandu jinkludi l-interessi moratorji;
fir-rigward tal-illegalità tal-ittra tal-President tas-27 ta' Lulju 2011:
dwar id-danni materjali fir-rigward tat-telf ta' remunerazzjoni: EUR 113 100.
dwar id-danni morali: EUR 50 000;
fir-rigward tal-fastidju psikoloġiku li kienet suġġetta għalih:
dwar id-danni materjali fir-rigward tar-remunerazzjoni u t-telf ta' karriera: EUR 132 100;
dwar id-danni morali: EUR 50 000.
dwar l-ispejjeż ikkawżati : EUR 13 361.93;
fir-rigward tal-iżbalji amministrattivi imputabbli lill-BEI:
dwar il-ksur mill-BEI tal-obbligu ta' kunfidenzjalità tiegħu u ta' protezzjoni tad-data: EUR 10 000.
dwar l-inċident li jikkonċerna s-smigħ tax-xhieda: EUR 40 000;
jikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.
____________