DIGRIET TAL-PRESIDENT TA L-EWWEL AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
8 ta’ Diċembru 2010
Kawża F-79/10
Charles Dubus
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Ftehim bonarju — Tħassir”
Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu C. Dubus jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Novembru 2009, li ddeċidiet li ma tinkludihx fil-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad AST 4 taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2009.
Deċiżjoni: Il-Kawża F‑79/10, Dubus vs Il‑Kummissjoni, hija mħassra mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom skont il-ftehim milħuq bejniethom.
Sommarju
Uffiċjali — Rikors — Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża mir-reġistru
(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 69)