Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (Il-Ġermanja) fis-17 ta' Frar 2012 - Proċeduri kriminali kontra Minh Khoa Vo

(Kawża C-83/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Minh Khoa Vo

Parti oħra: Il-Generalbundesanwalt tal-Bundesgerichtshof

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet dwar il-ħruġ u l-annullament ta' viża uniformi mal-Artikoli 21 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta' Lulju 2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi)  għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali li jrendu l-għajnuna għall-immigrazzjoni illegali suġġetta għal sanzjonijiet kriminali f'każijiet fejn il-persuni inkwistjoni jkollhom viża, iżda jkunu kisbuha b'qerq, billi qarrqu bl-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor fir-rigward tal-għan veru tal-vjaġġ tagħhom?

____________

1 - ĠU L 243, 15.09.2009, p. 1.