Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta' Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht - il-Ġermanja) Alfred Strigl - Deutsches Patent- und Markenamt (C-90/11), Securvita Gesellschaft zur Entwicklung alternativer Versicherungskonzepte mbH (C-91/11) vs Öko-Invest Verlagsgesellschaft mbH

(Kawża C-90/11) 

(Trade marks - Direttiva 2008/95/KE − Raġunijiet għal rifjut jew għal invalidità − Espressjonijiet verbali magħmula minn kumbinazzjoni ta' kliem u minn sekwenza ta' ittri identiċi għall-ittri inizjali ta' dawn il-kliem - Karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Kriterji ta' evalwazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniz

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alfred Strigl - Deutsches Patent- und Markenamt (C-90/11), Securvita Gesellschaft zur Entwicklung alternativer Versicherungskonzepte mbH (C-91/11)

Konvenuta: Öko-Invest Verlagsgesellschaft mbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Bundespatentgericht - Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) u (c) tad-Direttiva 2008/95/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta' Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 299, p. 25) - Karattru distintiv ta' trade mark verbali komposta minn għaqda ta' kliem deskrittiv u sekwenza ta' ittri mhux deskrittivi, identiċi għall-ittri inizjali ta' dawn il-kliem.

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1)(b) u (c) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta' Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għal trade mark verbali komposta mit-tqegħid ħdejn xulxin ta' għaqda ta' kliem deskrittivi u minn sekwenza ta' ittri mhux deskrittiva fiha nfisha, jekk din is-sekwenza, minħabba li hi magħmula mill-ewwel ittra ta' din l-għaqda ta' kliem, hija perċepita mill-pubbliku bħala taqsira tal-imsemmija għaqda ta' kliem u li t-trade mark inkwistjoni, ikkunsidrata fit-totalità tagħha, tista' għalhekk tiġi mifhuma bħala kumbinazzjoni ta' indikazzjonijiet jew ta' taqsiriet deskrittivi li, għaldaqstant, hija nieqsa minn karattru distintiv.

____________

1 - ĠU C 173, 11.06.2011.