DIGRIET TAL-PRESIDENT TAT-TIENI AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
15 ta’ Frar 2011
Kawża F-18/10
Georges Capidis
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Ftehim bonarju fuq inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża”
Suġġett: Rikors ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu G. Capidis jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tat-30 ta’ April 2009, li timponi fuqu s-sanzjoni dixxiplinari li jitniżżel bi grad.
Deċiżjoni: Il-Kawża F‑18/10, Capidis vs Il‑Kummissjoni, għandha titħassar mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż skont il-ftehim milħuq bejniethom.
Sommarju
Uffiċjali — Rikors — Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża mir-reġistru
(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu69)