Language of document : ECLI:EU:F:2011:75

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU (It-Tielet Awla)

10 ta’ Ġunju 2011

Kawża F-56/10

André Hecq

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Teħid ta’ responsabbiltà għal 100 % ta’ spejjeż mediċi — Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda — Ilment prematur — Inammissibbiltà”

Suġġett:      Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu A. Hecq jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Ottubru 2009, li tiċħad it-talba tiegħu tal-25 ta’ Settembru 2009 għar-rimbors 100 % ta’ prodotti mediċinali.

Deċiżjoni:      Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. A. Hecq għandu jbati l-ispejjeż kollha.

Sommarju

1.      Uffiċjali — Rikors — Att li jikkawża preġudizzju — Kalkolu stabbilit mill-iskema komuni ta’ assigurazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal — Esklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

2.      Uffiċjali — Rikors — Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel — Ilment imressaq qabel iċ-ċaħda tat-talba — Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90(1))

1.      Rikors li għandu bħala għan talba għall-annullament tar-rifjut li uffiċjal jingħata rimbors addizzjonali taħt l-Artikolu 73(3) tar-Regolamenti tal-Persunal u li huwa espressament ippreżentat kontra kalkolu stabbilit mill-iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard fuq il-bażi tal-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli, minħabba nuqqas ta’ att li jikkawża preġudizzju adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 73(3) tar-Regolamenti tal-Persunal fl-istess kalkolu.

(ara l-punt 34)

2.      Ilment li jippreċedi deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba, li tikkostitwixxi l-att li jikkawża preġudizzju, ma jistax jipprevedi dan l-att. Għalhekk, ir-rikors għandu jiġi ddikjarat manifestament inammissibbli minħabba n-natura prematura tal-ilment.

(ara l-punti 37 u 38)

Referenza:      Il-Qorti tal-Prim’Istanza 1 ta’ Diċembru 1994, Ditterich vs Il‑Kummissjoni, T‑79/92, punti 45 sa 47; 15 ta’ Novembru 2006, Jiménez Martínez vs Il‑Kummissjoni, T‑115/05, punt 33