Language of document :

Appell ippreżentat fil-5 ta' Marzu 2012 minn Bernhard Rintisch kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba' Awla) fis-16 ta' Diċembru 2011 fil-Kawża T-109/09: Bernhard Rintisch vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-121/12 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Bernhard Rintisch (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Valfleuri Pâtes alimentaires SA

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-Seba' Awla tal-Qorti Ġenerali (Qorti tal-ewwel istanza) tas-16 ta' Diċembru 2011 fil-Kawża T-109/09;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant isostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata minħabba li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 74(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 2 [li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 ] u abbażi ta' użu ħażin ta' poter. Skont l-appellant, il-Qorti Ġenerali interpretat b'mod żbaljat l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 meta ddeċidiet li l-Bord tal-Appell kien korrett meta ma ħax inkunsiderazzjoni dokumenti u provi prodotti mill-appellant. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b'mod żbaljat li l-Bord legalment irrifjuta li jeżerċita d-diskrezzjoni tiegħu meta naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni d-dokumenti msemmija iktar 'il fuq.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146)

2 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p.1)