Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fl-20 ta' April 2012 - United Antwerp Maritime Agnecies (UNAMAR) NV vs Navigation Maritime Bulgare

(Kawża C-184/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: United Antwerp Maritime Agencies (UNAMAR) NV

Konvenuta: Navigation Maritime Bulgare

Domanda preliminari

Fid-dawl ukoll tal-klassifikazzjoni fid-dritt Belġjan tal-Artikoli 18, 20 u 21 tal-liġi tat-13 ta' April 1995 dwar il-kuntratt ta' aġenzija kummerċjali inkwistjoni fil-proċedura, bħala regoli tad-dritt mandatorji fis-sens tal-Artikolu 7(2) tal-Konvenzjoni ta' Ruma 2 [tad-19 ta' Ġunju 1980 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali], l-Artikoli 3 u 7(2) tal-Konvenzjoni ta' Ruma, moqrija jew le flimkien mad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KE, tat-18 ta' Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu li r-regoli tad-dritt mandatorji tal-pajjiż tal-qorti li joffru protezzjoni iktar wiesgħa mill-protezzjoni minima imposta mid-Direttiva 86/653/KEE, jiġu applikati għall-kuntratt, anki jekk jidher li d-dritt applikabbli għall-kuntratt huwa d-dritt ta' Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea li fih hemm ukoll il-protezzjoni minima offerta mid-Direttiva 86/653/KEE iċċitata iktar 'il fuq li ġiet implementata?

____________

1 - Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f'Ruma fid-19 ta' Ġunju 1960 (ĠU C 169, p. 10)

2 - ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177.