Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial de Braga (il-Portugall) fit-23 ta' April 2012 - Impacto Azul, Lda vs BPSA 9 - Promoção e Desenvolvimento de Investimentos Imobiliários, SA et

(Kawża C-186/12)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial de Braga.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Impacto Azul, Lda.

Konvenuti: BPSA 9 - Promoção e Desenvolvimento de Investimentos Imobiliários, SA, Bouygues Imobiliária, SGPS, Lda, Bouygues Immobilier SA, Aniceto Fernandes Viegas, Óscar Cabanez Rodriguez

Domanda preliminari

L-inapplikabbiltà tar-regoli tal-Artikolu 501 tas-CSC [Kodiċi tal-Kumpanniji Kummerċjali] għall-impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor, skont ir-regoli previsti fl-Artikolu 481(2) tas-CSC, tmur kontra d-dritt Komunitarju, b'mod partikolari l-Artikolu 49 TFUE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej?

____________