Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta' Mejju 2012 - Fastweb SpA vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni et
(Kawża C-232/12)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fastweb SpA
Konvenuta: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni et
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet Komunitarji f'dan is-settur, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet imsemmija fid-Direttiva Nru 2002/20/KE , għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ukoll iċċitata, b'mod partikolari l-Liġi Nru 266 tal-2005, ukoll għall-mod kif tiġi applikata konkretament f'regolament?
____________1 - Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337).