Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta' Settembru 2012 - Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(C-355/10) 

(Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen - Deċiżjoni 2010/252/UE - Sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar - Introduzzjoni ta' metodi supplementari ta' sorveljanza tal-fruntieri - Setgħat ta' implementazzjoni tal-Kummissjoni - Portata - Talba għal annullament)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Dean, A. Auersperger Matić u K. Bradley, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Kupčová u R. Szostak, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. O'Reilly u M. Wilderspin, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/252/UE, tas-26 ta' April 2010, li tissupplimenta l-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen rigward is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operattiva kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 111, p. 20) - Regoli addizzjonali li jirrigwardaw is-sorveljanza - Introduzzjoni ta' regoli li jmorru lil hinn mill-portata tas-setgħat ta' implementazzjoni tal-Kunsill

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/252/UE, tas-26 ta' April 2010, li tissupplimenta l-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen rigward is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operattiva kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, hija annullata.

2)    L-effetti tad-Deċiżjoni 2010/252 huma miżmuma sad-dħul fis-seħħ, f'terminu raġonevoli, ta' leġiżlazzjoni ġdida.

3)    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

4)    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha

____________

1 - ĠU C 246, 11.09.2010