Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2012 - ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-137/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta' persuni li għaddew mill-eżaminijiet ta' tmiem it-taħriġ li jsir fil-kuntest tal-proċedura ta' ċertifikazzjoni kif ukoll talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

jannulla l-att ikkontestat;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas EUR 10 000 lir-rikorrent bħala kumpens għad-dannu subit;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

____________