Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Settembru 2012 - ZZ vs Europol

(Kawża F-105/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)

Konvenuta: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Europol, adottata bl-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta' Ġunju 2010 fil-kawża Knöll vs Europol, F-44/09, li permezz tagħha Europol ħallas lir-rikorrent somma f'daqqa intiża li tikkumpensah għad-danni kkawżati lilu mill-imsemmija sentenza annullata.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-Deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2011 li permezz tagħha l-konvenut alloka lir-rikorrent somma ta' EUR 20000 bħala kumpens għad-danni subiti minnu u mill-implementazzjoni sħiħa ta' sentenza preċedenti tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, kif ukoll id-deċiżjoni tad-29 ta' Ġunju 2012 li permezz tagħha l-ilment ippreżentat mir-rikorrent kontra d-deċiżjoni tat-28 ta' Novembru 2011 kien ġie miċħud;

tikkundanna lil Europol għall-ispejjeż, inkluż is-salarju tar-rappreżentant.

____________