Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-12 ta' Diċembru 2012 - Van Neyghem vs Il-Kunsill
(Kawża F-77/11)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2007 - Rifjut ta' promozzjoni - Annullament - Miżuri ta' eżekuzzjoni - Eżami komparattiv ġdid tal-merti)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Kris Van Neyghem (Tienen, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni adottata b'eżekuzzjoni tas-sentenza F-53/08 u li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent għall-promozzjoni fil-grad AST 7 abbażi tal-proċedura ta' promozzjoni 2007, kif ukoll talba intiża għall-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent.
Dispożittiv tas-sentenza
Ir-rikors huwa miċħud.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għal kwart mill-ispejjeż ta' K. Van Neyghem.
K. Van Neyghem għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu.
____________1 - ĠU C 340, 19.11.2011, p. 40.