Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta' Diċembru 2012 - Lebedef et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-110/11) 

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Renumerazzjoni - Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(5) tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Koeffiċjent ta' korrezzjoni - Att li jikkawża preġudizzju - Ugwaljanza fit-trattament)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Giorgio Lebedef et (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-rendikonti tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti tax-xahar ta' Diċembru 2010 u r-rendikonti tar-remunerazzjoni tax-xhur sussegwenti sa fejn dawn ma jinkludux il-korrezzjoni tal-aġġustament tar-remunerazzjonijiet fid-dawl tal-koeffiċjent ta' korrezzjoni li japplika għall-post fejn ġew assenjati.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

G. Lebedef, T. Jones, J. Gonzales Gonzales u M. Lebedef-Caponi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u għandhom ibatu l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li huwa parti intervenjenti, għandu jbatu l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 07.01.2012, p. 26.