Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2012 – Menidiatis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-79/11) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Ċaħda ta’ kandidatura – Eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ annullament – Terminu raġonevoli – Miżuri ta’ eżekuzzjoni individwali – Telf ta’ opportunità)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Andreas Menidiatis (Rhode-Saint-Genèse, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)SuġġettServizz pubbliku – Talba intiża għall-ħlas ta’ somma lir-rikorrent bħala kumpens għad-danni materjali u morali allegatament subiti minħabba n-nuqqas ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza F-128/07Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud.A. Menidiatis għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mil-Kummissjoni Ewropea.