Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 – Mileva vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-101/11) 1

(Servizz Pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/188/10 – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla – Membri permanenti jew mhux permanenti)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Tzena Mileva (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn E. Boigelot, avukat, sussegwentement minn G. Generet, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Servizz Pubbliku – Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/188/10 – INTERPRETI għall-BULGARU (BG), li r-rikorrenti ma titniżżilx fil-lista ta’ riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni u t-talba għal kumpens għad-danni morali u materjali.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.T. Mileva għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.