Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2012 – BT vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-45/12) 1

(Servizz pubbliku – Membru tal-persunal bil-kuntratt – Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt – Rikors immotivat insuffiċjentement – Rikors manifestament inammissibbli)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BT (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: N. Visan, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku – Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma ġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.BT għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.