Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2012 – Eklund vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-57/11) 1

(Servizz pubbliku – Reklutaġġ – Kompetizzjoni ġenerali – Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva – Offerta ta’ xogħol proposta lil persuna inkluża fuq lista ta’ riżerva – Kundizzjonijiet għall-ammissjoni – Esperjenza professjonali miksuba wara d-diploma – Kompetenza rispettiva tal-Bord tal-Għażla u tal-Awtorità tal-Ħatra – Aċċettazzjoni tal-offerta ta’ xogħol – Irtirar tal-offerta ta’ xogħol)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gustav Eklund (Taino, l-Italja) (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Eggers, A. Aresu u P. Pecho, aġenti, sussegwentement B. Eggers u G. Gattinara, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)SuġġettServizz pubbliku - It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tirrikonoxxix l-effett tal-aċċettazzjoni, mir-rikorrent, tal-offerta ta’ pożizzjoni ta’ uffiċjal bi prova (assistent) fiċ Ċentru Komuni ta’ Riċerka bħala assistent tekniku, u li tirtira din l offerta kif ukoll talba għal kumpens għad-danni u l-interessi.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.G. Eklund għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż inkorsi mill-Kummissjoni Ewropea.