Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd ta' Svidník (is-Slovakkia) fid-19 ta' Ottubru 2012 - Pohotovosť, s.r.o. vs Miroslav Vašuta

(Kawża C-470/12)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd ta' Svidník

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pohotovosť, s.r.o.

Konvenut: Miroslav Vašuta

Domandi preliminari

L-Artikoli 6(1), 7(1) u 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE , tal-5 ta' April 1993, dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur, moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 47 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali bħall-Artikolu 37(1) u (3) tal-Kodiċi ta' eżekuzzjoni li ma tippermettix lil assoċjazzjoni ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi tintervjeni fi proċedura eżekuttiva?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fis-sens li l-imsemmija dispożizzjoni leġiżlattiva ma tmurx kontra d-dritt [tal-Unjoni], id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 37(1) u (3) tal-Kodiċi ta' eżekuzzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux qorti nazzjonali, skont l-Artikoli 6(1), 7(1) u 8 [tal-imsemmija direttiva] milli tirrikonoxxi lil assoċjazzjoni ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi l-kwalità ta' intervenjenti fil-proċedura eżekuttiva?

____________

1 - ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.