Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-153/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Kerger, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-allownce tad-dar kif ukoll il-pensjoni tas-superstiti għas-sieħba tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Settembru 2012;

jiddikjara illegali u jannulla l-Artikolu 1(2)(ċ)(iv) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba n-natura diskriminatorja tiegħu;jiddikjara illegali u jannulla l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;jgħid lir-rikorrenti għandu dritt għall-allowance tad-dar b’effett retroattiv mit-13 ta’ Diċembru 2011 kif ukoll għall-pensjoni tas-superstiti għas-sieħba tiegħu;jordna dawk il-miżuri legali kollha li huma meħtieġa;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.