Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2012 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-154/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: F. Parrat, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Suġġett

L-annullament parzjali tad-deċiżjoni li tiffissa l-anzjanità fil-grad tar-rikorrent għas-16 ta’ Novembru 2011 meta nħatar f’pożizzjoni tal-grupp ta’ funzjonijiet ta’ amministraturi wara li kien ġie ċċertifikat.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-parti tad-deċiżjoni tat-23 ta’ Jannar 2012 li temenda l-anzjanità fil-grad tar-rikorrent u li tiffissha għas-16 ta’ Novembru 2011 minflok l-1 ta’ Jannar 2011;tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.