Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-16/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-iSKAM sa fejn din tikkonferma l-formulazzjoni tal-abbozz tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal rikonoxximent li l-marda li wasslet għall-mewt ta’ mart ir-rikorrent, ex uffiċjal, kienet ikkaġunata mix-xogħol.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard tat-23 ta’ Marzu 2012, sa fejn din tikkonferma l-formulazzjoni tal-abbozz tad-deċiżjoni tat-23 ta’ Ġunju 1995;sa fejn huwa meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Ottubru 2012, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent fid-6 ta’ Lulju 2011 abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.