Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Frar 2013 – Labiri vs KESE

(Kawża F-124/10) 1

(Servizz pubbliku – Dmir ta’ assistenza – Artikolu 12a tal-Istatut – Fastidju psikoloġiku – Investigazzjoni amministrattiva)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vassilliki Labiri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: M. Arsène u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer u F.-M. Hislaire, avukati)

Suġġett

Servizz pubbliku - Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tingħalaq mingħajr tkomplija l-proċedura ta’ investigazzjoni amministrattiva li nbdiet wara lment dwar fastidju psikoloġiku mressaq mir-rikorrent.DispożittivId-deċiżjoni tat-18 ta’ Jannar 2010 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew hija annullata.Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn V. Labiri.