Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 taʼ Jannar 2013 – De Luca vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-20/06 RENV)

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rinviju lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament – Ħatra – Uffiċjal li jaċċedi għal grupp taʼ funzjonijiet superjuri permezz taʼ kompetizzjoni ġenerali – Kandidat inkluż fʼlista taʼ riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda – Regoli tranżitorji taʼ klassifikazzjoni fi grad matul ir-reklutaġġ – Klassifikazzjoni fi grad bʼapplikazzjoni tar-regoli l-ġodda – Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal”

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Patrizia De Luca (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Currall, aġent)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 taʼ Frar 2005, li taħtar lir-rikorrenti, uffiċjal diġà kklassifikata fil-grad A*10 u kandidata li għaddiet minn kompetizzjoni għall-gradi A5/A4, għal impjieg taʼ amministratur fid-Direttorat Ġenerali “Ġustizzja, libertà u sigurtà”, sa fejn din timmodifika l-klassifikazzjoni tagħha mill-grad A*10 għall-grad A*9.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.P. De Luca u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħom stess fiż-żewġ proċeduri mibdija quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż ta’ P. De Luca relattivi għall-proċedura mibdija quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.