Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-6 taʼ Frar 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-67/12) 1

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rikors għad-danni – Illegalità – Komunikazzjoni ta’ posta elettronika dwar l-eżekuzzjoni ta’ sentenza lir-rappreżentant tar-rikorrent fl-appell mill-imsemmija sentenza – Rikors manifestament infondat fid-dritt – Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura”

Lingwa tal-kawża:it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser, G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jinkiseb kumpens minħabba l-fatt li l-konvenuta kienet bagħtet ittra li tirrigwarda lir-rikorrent lil avukat li ma għadux jirrappreżentah f’din il-kawża.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.L. Marcuccio għandu jbati, barra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku s-somma ta’ EUR 2 000.