Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 taʼ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidsrechtbank Antwerpen - Il-Belġju) - Anton Las vs PSA Antwerp NV

(C-202/11) 

"Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45 TFUE - Kumpannija stabbilita fir-reġjun taʼ lingwa Olandiża tar-Renju tal-Belġju - Obbligu li l-kuntratti taʼ xogħol jiġu redatti bl-Olandiż - Kuntratt taʼ xogħol taʼ natura transkonfinali - Restrizzjoni - Nuqqas taʼ proporzjonalità"

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidsrechtbank Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Anton Las

Konvenuta: PSA Antwerp NV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Arbeidsrechtbank Antwerpen - Interpretazzjoni tal-Artikolu 39 KE (l-attwali Artikolu 45 TFUE) - Leġiżlazzjoni reġjonali Belġjana li tipprovdi obbligu għal impriża li tinsab fir-reġjun lingwistiku Olandiżi, taħt piena taʼ nullità, li d-dokumenti kollha dwar ir-relazzjonijiet taʼ xogħol taʼ natura internazzjonali jinkitbu bl-Olandiż

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni taʼ entità federattiva taʼ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-persuni kollha li jimpjegaw li jkollhom is-sede tal-operat tagħhom fit-territorju taʼ din l-entità sabiex jużaw biss il-lingwa uffiċjali taʼ din l-entità federattiva għar-redazzjoni tal-kuntratti taʼ xogħol taʼ natura transkonfinali, taħt piena taʼ nullità taʼ dawn il-kuntratti kkonstatata ex officio mill-qorti.

____________

1 - ĠU C 219, 23.07.2011.