Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ April 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-38/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tiġi kkalkulata abbażi tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda.

Talbiet tar-rikorrenti

jiddikjara li l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa illegali;

jannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Ġunju 2012 li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment ta’ dawn id-drittijiet fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.