Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-32/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament taċ-ċaħda tat-talba għall-ksib tar-rimbors tal-bilanċ mhux imħallas li l-Kummissjoni kienet obbligata li tħallas lir-rikorrent bħala allowance għall-firda.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Jannar 2013 li biha l-Kummissjoni rrifjutat li tilqa’ t-talba tar-rikorrent u ċaħdet l-ilment tiegħu għall-ksib tar-rimbors tal-bilanċ mhux imħallas li l-Kummissjoni kienet obbligata li tħallsu minħabba li huwa rriżejna. Sa fejn huwa meħtieġ, ir-rikors għandu wkoll bħala suġġett l-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tat-13 ta’ April 2012 li biha l-Kummissjoni tieħu pożizzjoni għall-ewwel darba fir-rigward tat-talba tar-rikorrent biex jiġi kkalkolat mill-ġdid l-ammont li l-Kummissjoni għandha tħallas lir-rikorrent.

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.