Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Mejju 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-67/11) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni – Eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Dannu li jirriżulta min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Servizz Pubbliku - Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża, minn naħa, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata teżegwixxi l-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tad-9 ta’ Ġunju 2010, fil-kawża Marcuccio vs Il-Kummissjoni, F-56/09, u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud minħabba li huwa manifestament infondat fid-dritt.

M. Marcuccio għandu jbati, barra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża F 67/11 R, Marcuccio vs Il-Kummissjoni.

____________

1 ĠU C 319, 29.10.2011, p. 29.