Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Mejju 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-4/12) 1
“Servizz pubbliku – Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura – Att ippreżentat b’faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors – Firma bl-idejn tal-avukat differenti minn dik li tinsab fuq l-oriġinal tal-att mibgħut bil-posta – Tardività tar-rikors – Inammissibbiltà manifesta – Ineżistenza”
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett tal-kawża
Servizz pubbliku - Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jiġu kkomunikati lilu l-kowds ta’ aċċess għas-siti internet aċċessibbli għal kull uffiċjal tal-Kummissjoni wara s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tal-4 ta’ Novembru 2008, F-41/06, li tannulla d-deċiżjoni ta’ din l-istituzzjoni li tissuġġettah għall-irtirar minħabba invalidità.
Dispożittiv tad-digriet
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
____________1 ĠU C 65, 03.03.2012, p. 28.