Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013

Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-141/11) 1

“Servizz pubbliku – Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors ippreżentat b’faks fit-terminu għal preżentata ta’ rikors – Firma bl-idejn tal-avukat differenti minn dik li tinsab fl-oriġinal tar-rikors mibgħut bil-posta – Tardività tar-rikors – Inammissibbiltà manifesta”

Lingwa tal-kawża:it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti u assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-talba tar-rikorrent għall-ħlas tal-arretrati ta’ remunerazzjoni dovuta lilu għax-xhur ta’ Settembru sa Diċembru 2010 u ta’ Jannar 2011.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1  ĠU C 65, 03.03.12, p. 25.