Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2013

Marrone vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-89/12) 1

(Servizz Pubbliku – Uffiċjali – Ħatra – Prinċipju ta’ ekwivalenza tal-karrieri – Klassifikazzjoni fi grad skont regoli ġodda inqas favorevoli – Talba għal klassifikazzjoni mill-ġdid – Tardività – Fatti ġodda – Assenza – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Stefania Marrone (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot, u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, bħala aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tikklassifikax mill-ġdid lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

S. Marrone għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 331, 27.10.12, p. 33