Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2013 – BY vs EASA

(Kawża F-81/11) 1

(Persunal tal-EASA – Membru tal-persunal temporanju – Ammissibbiltà – Termini għall-preżentata ta’ rikors – Rapport ta’ evalwazzjoni mhux favorevoli – Assenjazzjoni mill-ġdid– Fastidju psikoloġiku – Użu ħażin ta’ poter)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BY (Lasne, il-Belġju) (rappreżentant: B. -H. Vincent, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (EASA) (rappreżentanti: F. Manuhutu, aġent u assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat mill-ġdid, fl-interess tas-servizz, f’pożizzjoni mhux maniġerjali, wara rapport ta’ evalwazzjoni mhux favorevoli, kif ukoll talba sabiex ir-rikorrent jitħallas somma għad-dannu allegatament sostnut.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

BY għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni.

____________

1 ĠU C 340, 19.11.2011, p. 41.